Din is-sena, uħud mill-proġetti Ewropej ta’ servizz pubbliku l-aktar innovattivi u li jaħsbu għall-futur sejrin ikunu qegħdin jintwerew waqt iċ-ċerimonja tal-Premjijiet ta’ UDiTE, li sejra tiġi organizzata fl-UDiTE AGM fi Brussell nhar il-5 ta’ Ottubru. L-avveniment sejjer jipprovdi opportunità biex jiġi ċċelebrat il-fatt kif il-membri tiegħu qegħdin jistinkaw b’mod kostanti biex joħolqu u jiżviluppaw approċċi ġodda għal kwistjonijiet tal-gvern lokali, u, bħala riżultat, qegħdin jipproduċu riżultati mtejba għall-komunitajiet tagħhom.
21/07/2009 00:00:00
Il-membri ta’ UDiTE madwar l-Ewropa huma mistiedna biex jinġabru flimkien għall-avveniment tal-għoti tal-Premjijiet ta’ UDiTE li sejjer isir fi Brussell nhar it-Tnejn 5 ta’ Ottubru.
21/07/2009 00:00:00
It-Tim Presidenzjali ta’ UDiTE estenda l-istedina għall-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-gvern lokali madwar l-Ewropa biex jissieħbu fl-UDiTE billi jaqblu dwar rata introduttorja ġdida għal membri ġodda.
21/07/2009 00:00:00
Ir-riżultati ta’ offerta mill-Kunsill ta’ Cardiff, gvern lokali fil-Belt Kapitali ta’ Wales, f’isem UDiTE għall-iffinanzjar tas-Sħubija Leonardo da Vinci mistennija jitħabbru f’Awwissu.
21/07/2009 00:00:00
Il-websajt ta’ UDiTE ġiet introdotta biex tipprovdi lill-membri bl-aħħar benefiċċji, aħbarijiet tal-UE u informazzjoni dwar il-linji politiċi, kif ukoll evidenza ta’ prattika tajba tal-gvern lokali Ewropew.
21/07/2009 00:00:00
Il-President ta’ UDiTE, Byron Davies, iltaqa’ ma’ kollegi mill-iSlovak City Managers Association (APUMS) fi Bratislava f’April sabiex flimkien jiddiskutu s-sħubija tagħhom f’UDiTE.
21/07/2009 00:00:00
Nhar it-18 ta’ Mejju 2009, l-Assoċjazzjoni tal-amministraturi tal-bliet tal-uffiċċji muniċipali (STMOÚ) Repubblika Ċeka organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha fi Kladno, bħala parti minn programm ta’ workshop tal-amministraturi tal-belt.
21/07/2009 00:00:00
UDiTE kienet f’diskussjoni mal-ICMA (Stati Uniti tal-Amerika) waqt il-laqgħa tagħhom tar-rebbiegħa fi Bratislava sabiex jiddiskutu l-possibbiltà ta’ ftehim ta’ sħubija biex jissostitwixxi l-isħubija attwali affiljata mal-ICMA.
21/07/2009 00:00:00
PriceWaterhouseCooper (PWC) u BT Global Services huma l-aħħar imsieħba kummerċjali li ssieħbu f’UDiTE.
21/07/2009 00:00:00
Il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ UDiTE li saret fi Strasburgu f’Marzu kopriet għadd ta’ suġġetti li huma ewlenin għall-iżvilupp tal-organizzazzjoni u dawn li ġejjin huma d-deċiżjonijiet ewlenin li ntlaħaq qbil fuqhom.
21/07/2009 00:00:00