Merħba f’UDiTE, il-Federazzjoni Ewropea tal-Kapijiet Eżekuttivi tal-Gvern Lokali.
Bħala organizzazzjoni ta’ netwerking professjonali b’madwar 15,000 membru u billi taħdem bħala l-organizzazzjoni umbrella madwar 15-il pajjiż tal-UE, UDiTE tingħaqad mal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali tal-Gvern Lokali tal-membri tagħha biex tippromwovi relazzjonijiet kostruttivi bejn il-Kapijiet Eżekuttivi u l-maniġers anzjani.
Filwaqt li l-lingwi uffiċjali ta’ UDiTE huma l-Ingliż u l-Franċiż, aħna ħerqana biex nikkomunikaw mal-membri kollha tagħna madwar l-Ewropa billi negħlbu l-barrieri tal-lingwa u b’hekk kif ikollna r-riżorsi disponibbli, l-għan tagħna jkun li jkollna l-websajt tagħna tradotta għal-lingwi kollha tal-membri tagħna.
Fost l-għanijiet ewlenin ta’ UDiTE hemm li hija tiżviluppa skambji ta’ informazzjoni u kompetenzi, ittejjeb l-irwol u l-funzjonijiet tal-awtoritajiet lokali, u tikkontribwixxi għall-Unjoni Ewropea.
Aħna qegħdin nittamaw li din il-paġna tiddeskrivi fil-qosor l-irwol ta’ UDiTE u l-modi kif qegħdin naħdmu biex nagħtu l-benefiċċji lil kull membru individwali. Il-websajt ta’ UDiTE tipprovdilek it-triq għall-aħbarijiet Ewropej u l-politika li taffettwa lill-gvern lokali, informazzjoni dwar l-Għotjiet Ewropej, dettalji tal-laqgħat, workshops bla ħlas u attivitajiet ta’ UDiTE, inkluż l-avveniment tal-għoti tal-Premjijiet ta’ UDiTE għall-Qsim tal-Għarfien. Hija tipprovdi wkoll aċċess għall-Bank tal-Għarfien ġdid tagħna, li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol fuqu biex joffrilek Informazzjoni dwar Ħiliet Kritiċi u Mudelli ta’ Prattika Tajba minn madwar l-UE.
UDiTE tipproduċi newsletter kull tliet xhur li tiġi tradotta għal-lingwi kollha tal-membri tagħna u aħna ħerqana biex nassiguraw li l-membri tagħna jkollhom l-opportunità li jikkontribwixxu għall-kontenut tagħha biex jesebixxu l-proġetti innovattivi li jkunu involuti fihom. In-netwerking u l-Qsim Attiv tal-Għarfien huma l-qalba tal-attivitajiet ta’ UDiTE hekk kif aħna lkoll qegħdin nagħmlu ħilitna biex niżviluppaw modi aħjar biex nipprovdu servizzi mtejba lill-komunitajiet tagħna, f’nofs il-pressjonijiet ekonomiċi li qegħdin niffaċċjaw bħalissa lkoll kemm aħna.
UDiTE hija involuta wkoll fl-appoġġjar ta’ Stħarriġ Komparattiv kritiku mwettaq mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali Franċiża sabiex jiġu identifikati kemm l-irwol kif ukoll ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-Kapijiet Eżekuttivi u kif dan l-irwol ivarja madwar l-Unjoni Ewropea.
Ambizzjoni oħra ta’ UDiTE hija li din tiżviluppa programm li jappoġġja t-triq tal-karriera biex issir Kap Eżekuttiv. Bħalissa ninsabu fil-proċess li niżviluppaw sistema ta’ akkreditazzjoni pan-Ewropea għall-maniġers tal-gvern lokali, li tinkludi l-ħiliet meħtieġa, irrispettivament mill-pajjiż fejn taħdem. UDiTE tista’ wkoll tagħti pariri dwar it-Taħriġ għall-Iżvilupp ta’ Ħiliet fit-Tmexxija u aħna ser inkunu qegħdin nistabbilixxu programm ta’ skambji u internships għall-maniġers tal-gvern lokali bejn l-awtoritajiet lokali, li jistgħu jipprovdu esperjenzi siewja ħafna għall-iżvilupp professjonali.
UDiTE qiegħda hemm biex tappoġġja l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tiegħek u l-membri tagħha. Aħna nittamaw li billi negħlbu l-barrieri tal-lingwa u l-mili tal-ajru li jifirduna bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda għall-komunikazzjoni u permezz tal-websajt tagħna, inkunu nistgħu nassistu lill-professjonisti tal-gvern lokali biex jaħdmu f’perspettiva Ewropea u Internazzjonali aktar b’saħħitha. Billi naħdmu flimkien, aħna nistgħu niżviluppaw skambji ta’ informazzjoni siewja u noħolqu opportunitajiet ta’ netwerking aktar b’saħħtu għall-membri kollha tagħna madwar l-Unjoni Ewropea.

Byron Davies
President ta’ UDiTE
Kap Ezekuttiv tal-Kunsill ta’ Cardiff, il-Belt Kapitali ta’ Wales
Tmiem
Jekk jogħġbok, tiddejjaqx tikkuntattjana jekk ikollok xi mistoqsijiet jew xi kummenti, għaliex aħna nieħdu gost ħafna nisimgħu mingħandek: Louise@udite.eu
European News
CoR votes on political priorities and starts debate on key issues with Commissioners Hahn, Füle and Cioloş
Following the European Commission's adoption of its 2010 work programme, CoR members will meet during the plenary session to select their priorities for the year. Under the new EU set-up established by the Lisbon Treaty, they will be involved in discussions on policies with a strong local impact (such as the reform of the Common Agricultural Policy and cohesion policy), as well as contributing to the EU's future guidelines, particularly in the economic and environmental spheres.
More...
Local and regional authorities unite
As a result of an October 2008 European Commission communication; local and regional authorities from both the EU and developing countries will come together for the first annual Assises of Decentralised Co-operation.
More...
Meetings & Events
UDiTE Executive Committee
Il-Ġimgħa, 29 ta' Ottubru 2010
Strasbourg
UDiTE Governing Council AGM
Il-Ġimgħa, 29 ta' Ottubru 2010
Strasbourg
UDiTE X Biennial Congress
Il-Ġimgħa, 29 ta' Ottubru 2010
Strasbourg
UDiTE X Biennial Congress.
Is-Sibt, 30 ta' Ottubru 2010
Strasbourg
Sharing Best Practice
UDiTE Awards 2009
The annual UDiTE ‘Knowledge Sharing’ Awards Event was successfully launched in Brussels on Monday 5 October.
The event attracted an internationally diverse crowd including European chief executives, senior managers, university students, local authorities, councillors and police officers, all of whom were there to recognise the local government projects from across the EU.
More...